Il-PN b'6 kandidati ġodda għall-elezzjoni ġenerali

Neputija ta' Fenech Adami u eks President tal-KSU fost il-kandidati

Mix-xellug: Alex Perici Calascione, Karol Aquilina, Ivan Bartolo, Anne Marie Muscat Fenech Adami, Thomas Bugeja u Sam Abela
Mix-xellug: Alex Perici Calascione, Karol Aquilina, Ivan Bartolo, Anne Marie Muscat Fenech Adami, Thomas Bugeja u Sam Abela

Waqt laqgħa tal-Kumitat Eżekuttiv, il-Partit Nazzjonalista approva grupp ieħor ta' 6 kandidati għall-elezzjoni ġenerali. B’hekk, it-total ta’ kandidati approvati għall-elezzjoni ġenerali issa tela’ għal 55 kandidat.

Il-kandidati l-ġodda u li qatt ma kkontestaw elezzjoni ġenerali f’isem il-Partit Nazzjonalista huma, s-sindku tas-Siġġiewi Karol Aquilina, it-Teżorier tal-PN Alex Perici Calascione, Sam Abela li hu Membru tal-Forum Professjonisti Partit Nazzjonalista, il-Kunsillier ta' Raħal Ġdid Ivan Bartolo, l-eks President tal-KSU Thomas Bugeja, u Anne Marie Muscat Fenech Adami, li hi Kunsilliera tan-Naxxar u neputija ta' Eddie Fenech Adami. Dawn is-sitt kandidati se jkunu qed jikkontestaw l-elezzjoni ġenerali għall-ewwel darba f’isem il-Partit Nazzjonalista.

Il-PN qal li dan huwa, "pass ieħor ta’ tiġdid fi ħdan il-Partit Nazzjonalista, fejn mhux biss qed iġedded il-politika tiegħu f’setturi differenti, iżda anke n-nies."

More in Politika