Attivisti u għaqdiet inġemmgħu l-Belt nhar il-Ħadd sabiex jikkommemoraw Jum l-Art Palestinjana, ġurnata li tfakkar il-ġlieda tal-Palestinjani għal arthom u d-drittijiet tagħhom.
L-avveniment, li kellu l-appoġġ ta' numru t' għaqdiet Maltin, iffoka fuq l-okkupazzjoni mill-Iżrael, diskriminazzjoni kontra l-Palestinjani u l-kriżi f'Gaża.
"Jum l-Art Palestinjana huwa simbolu tar-reżistenza Palestinjana. Dan ifakkarna fl-art misruqa u l-ġlieda għall-ġustizzja," qalet Dania Haddad, Palestinjana li tgħix f'Malta.
Fit-30 ta' Marzu tal-1976, l-gvern Iżraeljan ħabbar pjanijiet sabiex jieħu 20 kilometru kwadru t'art fir-reġjun tal-Galilee, fejn 6.3 kilometru kwadru minnhom kienu ta nies Għarab.
Risposta għal dan, kommunitajiet Palestinjani marru fuq strajk u pprotestaw, imma l-armata Iżraeljana rreaġixiet bil-forza, fejn qatlet sitt persuni mhux armati waqt il-protesta, weġgħu iżjed minn 100 u arrestaw ħafna iżjed. Minn dakinhar, Jum l-Art Palestinjana saret ġurnata ta' reżistenza għall-Palestinjana.
Il-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja talbet għal azzjoni urġenti sabiex jieqaf dan il-ġenoċidju fejn inqatlu iżjed minn 50,000 persuna, ħafna iżjed sofrew minn bombi, ġuħ u nuqqas ta' kura medika.
Waqt l-avveniment tkellmu Dania Hadda, Joanna Jebaili, Sammy Meilaq, Andre Callus, David Zammit, Yana Mintoff u Sana El-Nahhal. Dawn kollha ħeġġew lill-Gvern Malti u l-komunita' internazzjonali sabiex jieħdu pożizzjoni konkreta.
Joana Jebaili, mill-għaqda The Lebanese Advocates, ħeġġet lin-nies sabiex jappoġġjaw lil din il-kawża b'kwalunkwe metodu li jistgħu. "Ir-reżistenza għandha s-saħħa sabiex timmultiplika il-potter t'individwu. Li trid tagħmel hu li tkun preżenti b'kull metodu li tista," qalet Jebaili.
Sammy Meilaq ikkritika kif il-midja tal-Punent tpinġi l-gwerra, fejn qal li l-irvell f'Gaża jiġi ppreżentat bħala wieħed li ma kienx provokat. Hu talab ukoll sabiex Malta tirrikonoxxi lil Palestina bħala stat.
David Zammit qabel l-esperjenza tal-Palestinjani ma' dik tal-Maltin taħt il-kolonjaliżmu. "Fiż-żewġ każijiet, hemm jew kien hemm bżonn il-ħelsien, in-nies tirreżisti l-vjolenza kolonjali billi tiġi stabbilita identita' b'saħħita."
L-organizzaturi tal-avveniment għandhom tliet domandi: sabiex tieqaf l-okkupazzjoni mill-Iżrael, rispett għal-liġi internazzjonali u embargo militari fuq l-Iżrael
L-avveniment kellha l-appoġġ tal-għaqdiet Ġustizzja għall-Palestina, Moviment Graffitti, The Association for Justice, Equality and Peace -AJEP, The Lebanese Advocates, Youth for Palestina, The Watermelon Warriors, Il-Progressivi, PEN Malta, aditus Foundation, Blue Door Education u Żminijietna.