Lou Bondi, eks preżentatur fuq ix-Xandir Nazzjonali ngħata żewġ direct orders mill-Malta Gaming Authority matul l-2015. L-ewwel direct order ingħata fl-4 ta' Mejju u t-tieni wieħed ngħata fit-8 ta' Ġunju. Dawn id-direct orders ngħataw għal taħriġ tal-ħaddiema fl-istess awtorita' u ġew approvati miċ-Ċermen Eżekuttiv tal-MGA.
Għal dan ix-xogħol Bondi tħallas minn tal-inqas €4,000, hekk kif il-mistoqsija kienet tispeċifika kif l-informazzjoni mogħtija għandha titratta €2,000 għal kull biċċa xogħol.
Din l-informazzjoni ħarġet fil-Parlament minn lista li ppreżenta l-Ministru Chris Cardona għal mistoqsija ta' Claudio Grech. Apparti Bondi fil-lista hemm diversi kumpaniji u organizzazzjonijiet oħrajn li ngħataw direct order jew li rebħu tender f'kumpaniji u awtoritajiet oħrajn bħall-MITA u l-Freeport.