Sai Mizzi mhux se jkun qed jiġġeddilha l-kuntratt

Konrad Mizzi ħabbar dan wara li ġie kkonfermat deputat mexxej tal-PL

Il-mara tal-Ministru għall-Enerġija u Saħħa, u issa wkoll deputat mexxej tal-Partit Laburista, Sai Mizzi mhux se tkun qed tkompli tokkupa l-kariga ta' mibgħuta speċjali tal-Gvern Malti fiċ-Ċina. Dan tħabbar minn żewġha, Konrad Mizzi hekk kif ġie elett fil-kariga ta' deputat mexxej tal-Partit Laburista.

Tħabbar kif il-kuntratt ta' Sai Mizzi mhux se jkun qed jiġi mġedded hekk kif jiskadi f'Awwissu li ġej. Mizzi kienet fin-nofs ta' ħafna kritika, partikolarment għall-paga li kienet qed tingħata ta' €13,000 fix-xahar.

Il-Ministru qal kif din id-deċiżjoni ġiet wara li ddeċidew li ġaladarba issa jokkupa rwol differenti u mhux biss wieħed ta' ministru, kif ukoll se jkun qed jara li diversi proġetti jkunu qed isiru, li wħud minnhom jaqgħu taħt il-qasam li minnu hi responsabbli, hi se tkun qed tieqaf minn dan l-irwol.

Il-Ministru qal ukoll li kien ikkonsulta ma' martu dwar il-kariga ta' deputat mexxej tal-Partit.

More in Politika