Iktar minn €500,000 lill-kumpanija ta' Ann Fenech

Il-kumpanija ħadet 150 kuntratt b'direct order

F'perjodu ta' disa' snin, bejn l-2004 u l-2013, il-kumpanija ta' Ann Fenech, 'Fenech & Fenech' ingħatat 150 kuntratt, kollha b'direct order mill-Air Malta, li l-valur tagħhom ilaħħaq il-€531,000.

Il-kumpanija legali li tagħha Ann Fenech hi waħda mis-sidien, ingħatat dawn id-direct orders, li ħafna minnhom kienu b'rabta ma' konsulenzi dwar il-falliment tal-Azzura Air, li kienet kumpanija sussidjarja tal-Air Malta li kellha l-ajruplani tat-tip RJ. Dawn l-ajruplani kienu f'nofs kontroversja minħabba irregolaritajiet fix-xiri tagħhom.

Minbarra dawn id-direct orders relatati mal-Air Malta, fi żmien sentejn ingħataw disa' direct orders, li l-valur tagħhom ilaħħaq iktar minn €21,000.

Dan it-tagħrif ingħata fil-Parlament mill-Ministru tat-Turiżmu Edward Zammit Lewis għal mistoqsija ta' Godfrey Farrugia.

More in Politika