Mizzi u Austin l-inqas Ministri popolari f'10 snin sħaħ

b'14.6% il-Ministru Joe Mizzi huwa l-inqas Ministru popolari f'deċenju wara Austin Gatt, li kien kiseb popolarita' miżera ta' 10% fl-2011

Mizzi u Austin: Mhux popolari mal-Maltin u l-Għawdxin u lanqas popolari mal-partitarji tal-partit tagħhom stess
Mizzi u Austin: Mhux popolari mal-Maltin u l-Għawdxin u lanqas popolari mal-partitarji tal-partit tagħhom stess

Jidher ċar illi kull politiku li miss mat-trasport pubbliku ra' l-poplarita' tiegħu tiżżerżaq l'isfel b'mod drammatiku. Minkejja r-riforma, li għadha qed taqbad art, skont stħarriġ tal-Maltatoday il-Ministru Joe Mizzi irreġistra l-anqas rata ta' popolarita' fost il-Ministri kollha tal-Gvern Laburista b'14.6%.

B'din ir-rata miżera ta' popolarita' Mizzi jiġi t-tieni l-inqas Ministru popolari f'dawn l-aħħar 10 snin, kemm ilhom isiru dawn it-tip ta' stħarriġ. L-inqas popolari kien Austin Gatt li fl-2011 kiseb rata ta' popolarita' ta 10% biss tal-votanti. 

Skont l-istħarriġ tal-gazzetta Maltatoda,y li kien ippublikat il-Ħadd li għadda, Joe Mizzi huwa popolari ma' 31.8% biss tal-Laburisti, li jagħmlu l-unika Ministru li lanqas jirnexxilu jikseb 50% u aktar fost il-votanti tal-partit tiegħu stess. Iktar minn erba' persuni minn kull 10, jew 44%, jgħaddu ġudizzju negattiv fuq ħidmet il-Ministru Mizzi. 

Dan l-istħarriġ jiġi fi żmien fejn l-ilmenti fuq it-trasport pubbliku kienu qed jilħqu l-istess livelli ta' dawk meta Austin Gatt introduċa l-Arriva f'Malta. L-ILLUM kienet irraportat dwar ilmenti u konfużjoni sħiħa f'diversi żoni, l-aktar dawk ta' ħdejn il-Mater Dei u l-Universita'. Minn dakinhar jidher illi s-sitwazzjoni bdiet tirranġa xi ftit, b'puntwalita' akbar f'ħafna żoni. Il-venda ta' quddiem il-Mater Dei tibqa' problema, għalkemm il-ġimgħa l-oħra kienu mħabbrin tibdiliet biex titjieb is-sitwazzjoni. 

More in Politika