Ferment u rabja fil-Partit Laburista wara l-każ 'Panama'

Bosta Laburisti li tkellmu mal-illum.com.mt jesprimu l-biża li r-"rebħa ċerta" għall-elezzjoni li jmiss, għosfrot 

Konrad Mizzi jkellem lill-ġurnalisti wara li kien elett Deputat Mexxej tal-PL (ritratt: Ray Attard)
Konrad Mizzi jkellem lill-ġurnalisti wara li kien elett Deputat Mexxej tal-PL (ritratt: Ray Attard)

Fil-Partit Laburista bħalissa hemm element qawwi ta' ferment u rabja, l-aktar għaliex bosta attivisti u għeruq tal-partit qed iħossu li l-każ tal-Panama għamel ħsara kbira lill-Partit u liċ-ċans biex il-partit jerġa jirbaħ l-elezzjoni li jmiss. Persuna li tkellmet mal-ILLUM qalet illi dik il-kunfidenza li kellu l-partit li b'36,000 maġġoranza l-Labour għandu rebħa ċerta fl-elezzjoni li jmiss m'għadhiex hemm. 

Dan is-sit huwa infurmat ukoll li hemm min b'mod apert qed ilissen il-fehma li l-Gvern, minkejja riżultati pożittivi ħafna għall-pajjiż, qed jagħmel ċerti gaffes li qed iweġġgħu u jdejqu lill-partitarji u lill-poplu in ġenerali. Il-fatt li l-persuna magħżula biex tkun Deputat Mexxej tal-Partit Laburista nqabdet f'dan il-każ tal-Panama qed ibeżża aktar lil dawk li kellmuna u li esprimew dubji serji dwar kemm Mizzi se jitħalla jirranġa l-problemi u d-disodisfazzjon li hemm fost il-Laburisti. Huma qalu lil dan is-sit illi bil-portafoll li għandu u b'din il-kwistjoni d-Deputat Mexxej il-ġdid mhux se jkun dak il-pont li eluf ta' Laburisti qed jistennew li jkun. 

 

More in Politika