Bħalissa, il-Gvern qed iniedi għall-konsultazjoni il-liġi tal-koabitazzjoni. Il-Ministru Helena Dalli qalet li dan qed isir biex dawk il-koppji li la jixtiequ jiżżewġu, u lanqas jingħaqdu f'unjoni ċivili, jkunu mħarsa b'din il-liġi. Din il-liġi tal-koabitazzjoni se tkun qed tiġi preżentata għall-konsultazzjoni biex il-pubbliku jagħti l-opinjoni tiegħu dwar dan. Tali liġi se tkun tippermetti lill-koppja biex tirreġistra għall-koabitazzjoni.
Il-Ministru Helena Dalli qalet li din il-liġi se tkun qed, "tagħti drittijiet, obbligi u dinjitá lil familji, fejn hemm realtá ta' koabitazzjoni."
Din il-liġi ilha tiġi mwiegħda għal bosta snin, saħansitra kienet wegħda elettorali f'diversi manifesti tal-Partit Nazzjonalista.