Skont tweġiba Parlamentari li ta' l-Ministru Edward Scicluna, Anne Fenech, li llum tinsab fuq quddiem u waħda mill-persuni l-aktar prominenti fil-PN kienet rebħet kuntratt b'direct order bil-ħlas astronomiku ta' €160 fis-siegħa. Skont l-informazzjoni li ngħatat fil-Parlament dan ix-xogħol li ngħata b'direct order kien għal 10 siegħat. Li jfisser illi f'bejn wieħed u ieħor, għal ġurnata tipika ta' xogħol ta' 10 siegħat Fenech kienet ingħatat xejn inqas minn €1,600.
Ix-xogħol b'direct order b'€160 is-siegħa ngħata lil Anne Fenech fl-2012 meta kien hemm il-partit Nazzjonalista fil-Gvern.
Din l-informazzjoni għall-mistoqsija tad-Deputat Laburista Godfrey Farrugia tiġi wara li informazzjoni oħra li ngħatat fil-Parlament żvelat kif f'perjodu ta' disa' snin, bejn l-2004 u l-2013, il-kumpanija ta' Ann Fenech, 'Fenech & Fenech' ingħatat 150 kuntratt, kollha b'direct order mill-Air Malta, li l-valur tagħhom ilaħħaq il-€531,000