'Jien kontra l-korruzzjoni, imma l-PN mhux f'pożizzjoni li jagħmel il-prietki'

Il-PM jgħid li l-Kap tal-Oppożizzjoni għandu problema kbira ta' kredibbiltá

Il-Prim Ministru Joseph Muscat baqa' jappoġġja liċ-chief of staff u l-ministeru Konrad Mizzi, li t-tnejn li huma ammettew li kellhom kumpaniji u trusts barra mill-pajjiż, liema kumpaniji daħħluhom f'bosta spekulazzjonijiet ta' ħasil ta' flus u evażjoni tat-taxxa, l-aktar minħabba l-pajjiż magħżul, il-Panama.

Meta Muscat ġie mistoqsi minn MaltaToday jekk dan it-trust u kumpanija ta' Keith Schembri humiex qed ipoġġuh f'sitwazzjoni skomda, Muscat ċaħad u qal, "Kienet tkun skomda kieku Schembri kien daħal fil-politika biex jibbenefika hu, imma dan il-bniedem kien ta' suċċess qabel ma' beda jaħdem għall-pajjiż. Il-motivazzjoni ta' Schembri hi l-istess motivazzjoni bħalma nimmaġina li kellu Richard Cachia Caruana, li ċertament ma kienx bil-minimum wage. Hu kien ġej minn baruneriji, b'ħafna propjetá u ħafna flejjes, li qatt ma ġew awditjati, u qatt ma ġew esposti bħalma għamel is-Sur Schembri li ssuġġetta ruħu li jagħmel audit tat-trust."

Il-Prim Ministru żied jgħid li hu, bħal kull persuna li tħobb il-pajjiż, hu kontra l-korruzzjoni u kieku, jmur hu stess għall-protesta ta' nahr il-Ħadd li ġej li qed jorganizza l-PN, imma, "min qed jorganizzaha mhux kredibbli, għax kien parti minn Gvern korrot, u parti minn sistema li meta kien hemm l-iskandli, għalaq ħalqu u m'għamel xejn."
Muscat kompla jgħid li l-kritika li ġejja min-nies, se jkun qed jaċċettaha u jaħdem fuqha iżda l-Partit Nazzjonalista ma jinsaqbx f'pożizzjoni biex jagħmel il-prietki.

More in Politika