€13,000 f'inqas minn 24 siegħa għal 'Pet cabin' fil-Mater Dei

Il-kumpanija Nestle' se toħroġ nofs l-ispiża...Fearne jfaħħar dan l-att ta' ġenerożita'

Jacob mal-pet tiegħu, Peanut, waqt li kien qed jieħu ll-kura
Jacob mal-pet tiegħu, Peanut, waqt li kien qed jieħu ll-kura

F'inqas minn 24 siegħa minn meta ġie mħabbar proġett li se jagħmila possibli li pazjenti li qed jieħdu kura fit-tul fl-isptar Mater Dei se jkunu jistgħu jkollhom żjarat ikkontrollati mill-pets taghħhom, is-somma ta' €13,000 inġabret grazzi għall-kumpanija Nestle Purina li se tkun qed tagħti €6,000 f'donazzjonijiet li diġa kienu miġburin mill-pjattaforma ta' ZAAR crowdfunding. Apparti minn dan ingħataw ukoll donazzjonijiet minn sponsors oħrajn, fosthom Attard Brothers u Vivien's Wish Charity Shop. Is-Segretarjat Parlamentari ta' Chris Fearne se jkun qiegħed jirdoppja l-ammont għat-total tat-€13,000. 

"Dan hu s-sabiħ tal-poplu Malti, li jwieġeb bi ħġaru meta jara quddiem għajnejh progetti b'risq min hu batut." Dan qalu s-Segretarju Parlamentari għas-saħħa Chris Fearne f'kumment mal-ILLUM. Fearne qal li dan il-ġest nobbli se jwassal sabiex il-ħolma ta' Survivors Malta se ssir realtá fi żmien qasir grazzi għal din id-donazzjoni.

 

More in Politika