Il-Pl jistaqsi: Simon Busuttil tkellem ma’ Demarco?

Simon Busuttil iwieġeb li se jibqa' jaħdem biex inaddaf is-sistema politika f'pajjiżna darba għal dejjem

Iż-żewġ partiti bħal kull nhar ta' ħadd joħorġu stqarrijiet li jwieġbu wieħed lill-ieħor.

L-istqarrija tal-Partit laburista tgħid li Il-Partit Laburista jinnota li l-Kap tal-Oppożizzjoni, flok ħareġ quddiem il-mezzi tax-xandir jagħmel l-allegazzjonijiet u jwieġeb il-mistoqsijiet, ħareġ filmat fejn intefa’ jagħmel l-akkużi, jitgħajjar u jitkellem waħdu. Iċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru ċaħad l-allegazzjonijiet li saru minn Busuttil u seħbitu Daphne Caruana Galizia.

Il-Partit Laburista għandu xi mistoqsijiet għal Simon Busuttil: "Tkellem dwar dan il-każ mall-Viċi Kap tiegħu Mario De Marco, li għandu interess dirett ma' The Times of Malta dwar dawn l-allegazzjonijiet? Tkellem ma' De Marco dwar jekk hemmx fatti dwaru, li m'għandhomx x' jaqsmu ma' dawn il-qlajjiet, iżda li għandhom rabta mar-rwol tiegħu, u li qed jiċċirkolaw? Jekk Simon Busuttil jaf b' dawn l-affarijiet, għaliex ma rreferiex għalihom u x' passi se jieħu?"

Simon Busuttil se jibqa' jaħdem biex inaddaf is-sistema politika f'pajjiżna darba għal dejjem
Għall-mistoqsija tal-Partit Laburista dwar x'se jagħmel Simon Busuttil fid-dawl tal-iskandlu tal-allegat tixħim taċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri, t-tweġiba hi li Simon Busuttil se jibqa' jaħdem biex inaddaf is-sistema politika f'pajjiżna darba għal dejjem.
Muscat għandu għal darba jerfa' r-responsabbiltà politika u flok jitfa' t-tajn u jigdeb dwar ħaddieħor, jieħu d-deċiżjonijiet li l-poplu Malti u Għawdxi kollu qed jistennieh li jieħu, jiġifieri li jkeċċi minnufih lil Konrad Mizzi u lil Keith Schembri. Aktar ma jdum milli jagħmel dan, aktar iqumu mistoqsijiet dwar l-involviment tiegħu f'dan il-każ.

More in Politika