L-eks-CEO tal-grupp Farsons, Louis Farrugia li ilu għal xi snin b'kariga fil-bord tad-diretturi ta' Allied Newspapers Ltd, pubblikaturi ta' The Times, allegatament iltaqa ma' Daphne Caruana Galizia.
Fil-blogg ta' Glenn Bedingfield qed jingħad li Farrugia ltaqa' mal-blogger wara laqgħa importanti li saret il-ġimgħa li għaddiet, f'liema laqgħa ġew diskussi kwistjonijiet relatati mal-aħħar żviluppi fi ħdan l-istess kumpanija.
Huwa mifhum ukoll li din il-laqgħa saret fuq insistenza tal-istess Farrugia, u ssejħet ħin wara li ġew fid-deher l-allegazzjonijiet kontra d-direttur maniġerjali ta' Allied Newspapers, Adrian Hillman.
Intant, fil-kummenti fl-istess blogg, Daphne Caruana Galizia ċaħdet dan kollu u sostniet li hi ma ltaqgħetx ma' Farrugia fuq dan il-każ u lanqas fuq l-ebda każ ieħor.