L-AD titlob lill-President biex Holmes ikompli jiskonta s-sentenza f'Wales

....dan hekk kif il-priġunier li jinsab fil-Faċilita' ta' Kordin għadu kif sar missier

Daniel Holmes
Daniel Holmes

L-Alternattiva Demokratika, f'ittra mibgħuta lill-President tar-Repubblika Marie Louise Coleiro Preca, talbet biex il-priġunier Daniel Holmes li qed jiskonta sentenza fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin, jkompli s-sentenza tiegħu f'Wales. L-AD qed titlob dan fid-dawl tal-fatt illi Holmes għadu kif sar missier u b'hekk, ikun jista jkun qrib tal-familja tiegħu f'dan il-mument hekk importanti. 

Holmes kien ingħata sentenza ta' 10 snin marbutin mat-tkabbir ta' kannabis. Il-każ tiegħu qajjem furur u talbiet biex jinħales. 

More in Politika