Toni Abela, m'għaddiex mill-ewwel test biex ikun rappreżentant fil-Qorti Ewropea tal-Awditur, hekk kif il-maġġoranza tal-Kumitat ral-Kontrol Baġitarju ma vvotax favur il-ħatra ta' Abela. Ftit wara dan ir-riżultat kien ikkwotat jgħid "spiċċa kollox għalija. Ħalluni bi kwieti."
Dan wara li dalgħodu Abela kellu grilling mill-aktar diffiċli illi matulu kien mistoqsi dwar, fost affarijiet oħrajn, storja pre-elettorali tal-Partit Nazzjonalista dwar il-famuża blokka l-bajda. Minkejja l-każ qatt ma kienu nġiebu ebda akkużi fil-konfront ta' Abela.
Issa kollox se jkun qed jorbot mal-vot li għandu jittieħed fil-plenarja tal-Parlament Ewropew