Il-Gvern: 'Kien hemm min ħadem biex iħammeġ isem Toni Abela'

Fi stqarrija l-Gvern juri dispjaċir għar-riżultat fil-konfront ta' Abela

Il-Gvern Malti jesprim d-diżappunt tiegħu li l-Kumitat dwar il-Kontroll tal-Budget tal-Parlament Ewropew ma tax parir favorevoli għan-nomina ta’ Toni Abela għall-Qorti tal-Awdituri. Jirriżulta li ma ngħatax parir pożittiv lanqas għall-kandidati tal-Polonja u Slovakkja. Il-parir ta’ dan il-kumitat huwa parti mill-proċess għall-ħatra ta’ persuni fuq il-Qorti tal-Awdituri. Il-Gvern irringrazzja lill-Grupp tas-Soċjalisti u Demokratiċi u lill-membru tal-Grupp tal-Ħodor, li taw l-appoġġ tagħhom lil Toni Abela.

Il-Gvern spjega wkoll kif huwa diżappuntat mill-fatt "li jidher li kien hemm min ħa interess li jaħdem biex iħammeġ lil Toni Abela, persuna magħrufa għall-integrità tagħha, fil-Parlament Ewropew."

 

 

More in Politika