Id-dar li l-viċi kap tal-Partit Nazzjonalista Beppe Fenech Adami fil-Għargħur qed tkun imsemmija f'nofs kontroversja, u l-gazzetta 'l-orizzont' illum irrappurtat kif din id-dar, li qed tissejjaħ 'palazz' hija parti mir-raġuni ta' kif Fenech Adami 'sar miljunarju kbir'.
Dan jiġi wara rapporti fl-aħbarijiet tal-Partit Laburista fejn intqal kif se jkunu żvelati dettalji ta' kif il-viċi tal-PN sar miljunarju u jippossjedi 'palazz'. Din id-dar ta' Beppe Fenech Adami tistona mal-bqija tad-djar fil-madwar hekk kif din għandha magħha ġnien enormi u pixxina kbira. L-aħbarijiet ta' ONE ukoll komplew jgħidu kif 'dan l-iskandlu' jinkludi mhux biss lil Beppe Fenech Adami iżda wkoll persuni oħra li kellhom uħud mill-ogħla karigi tal-pajjiż b'uħud għadhom attivi fix-xena politika sal-lum.
Il-gazzetta tkompli tgħid li dwar din il-binja, 'hemm fatti li jistonaw bil-kbir, u li żgur li jimmeritaw spjegazzjonijiet.' Dan wara li Fenech Adami ddikjara li għandu €1miljun fi flus kontanti u bonds, waqt li meta sifdat, irrifjuta li joqgħod għal tax audit.