Gonzi kien approva l-bini ta' iktar sulari fid-dar ta' Beppe

Ma ġewx aċċettati applikazzjonijiet oħra fl-istess żona

Ir-residenza fil-Għargħur tal-viċi kap tal-PN tinsab f'nofs kontroversja wara li lbieraħ, One News żvelaw kif din l-istess proprjetà kienet biss żewġt ikmamar agrikoli f'żona barra l-iżvilupp (ODŻ), qabel ma kompliet tinbena għal dar b'pixxina u ġnien imdaqqas. Tali proprejeetà, illum iġġib il-valura ta' madwar €5 miljun.

Jirriżulta wkoll li saret applikazzjoni mill-MEPA stess sabiex ma' din id-dar ikunu jistgħu jsiru xi estensjonijijiet, fosthom semi-basement u t-tielet sular. Tali applikazzjoni kienet waslet ma' uħud oħrajn li ma ġewx aċċettati għajr dik ta' Beppe Fenech Adami, anke jekk uħud minnhom kienu fl-istess żona. 

Fil-fatt, kien il-Prim Ministru ta' dak iż-żmien Lawrence Gonzi li bagħat ittra liċ-chairman tal-MEPA fejn fil-każ tal-applikazzjonijiet l-oħra kien qal li fejn hemm siti li diġà għandhom xi tip ta' żvilupp, 'speċjalment fejn dawn huma biżżejjed biex jagħtu minnufih ikarattru lit-triq, ma nħossx li jkun il-każ li l-għoli tal-bini jiżdied.' Minkejja dan, ħamest ijiem biss wara, Gonzi kien ta l-approvazzjoni tiegħu fuq il-proprjetà in kwistjoni, ta' Beppe Fenech Adami.

L-aħbarijiet irrappurtaw kif fl-1988 bdiet tinbena din id-dar minflok iż-żewġt ikmamar li kien hemm. Fl-1994 kien ingħata permess sabiex ikunu jistgħu jerġgħu jinbnew mill-ġdid iż-żewġt ikmamar li kien hemm. Erba' snin wara, saret it-talba biex issir estensjoni u tinbena' pixxina, liema permess għall-pixxina inħareġ fl-1999.

Ilbieraħ, Beppe fenech Adami rreaġixxa għall-istorja li kienet ħarġet dwar ir-residenza tiegħu, u tista' taqra dwarha hawn.

More in Politika