Il-perit tad-dar ta' Beppe kien il-kuġin ta' Gonzi

Paul Camilleri kien il-perit responsabbli u jiġi ħaten De Marco

Il-faċċata tad-dar ta' Beppe Fenech Adami fil-Għargħur | ritratt: inews.com
Il-faċċata tad-dar ta' Beppe Fenech Adami fil-Għargħur | ritratt: inews.com

Id-dar tad-deputat kap tal-PN Beppe Fenech Adami fil-Għargħur, tkompli tkun f'nofs kontroversja hekk kif ġie żvelat li l-perit responsabbli fuq din il-binja kien Paul Camilleri, li jiġi kuġin tal-Prim Ministru ta' dak iż-żmien u anke ħaten il-viċi kap l-ieħor, Mario De Marco.

Dan ġie rrappurtat fil-gazzetta l-orizzont fejn intqal kif kien il-Prim Ministru ta' dak iż-żmien stess li kien bagħat l-approvazzjoni tiegħu għall-modifiki li ntalbu biex isiru fid-dar fosthom it-tielet sular, u dan waqt li djar oħra fl-istess żona, ġew imċaħħda minn dan l-istess trattament, meta applikaw. 

Jidher li Camilleri kien ukoll imsemmi f'każi differenti fil-passat fosthom dwar Mater Dei u Binja Buqana.

Intant, il-viċi kap tal-PN ilbierah fetaħ libell kontra l-mezzi tax-xandir tal-Partit Laburista hekk kif qal li din, 'qed tigdeb b'mod oxxen'.

More in Politika