Marlene Mizzi tappoġġja l-50 plus Entreprneurship Platform Europe
Marlene Mizzi tappella biex jiġu finanzjati imprendituri ta' 'fuq minn 50 sena
More in Politika
Marlene Mizzi tappella biex jiġu finanzjati imprendituri ta' 'fuq minn 50 sena
L-Ewroparlamentari Marlene Mizzi pparteċipat f'dibattitu ta' livell għoli fejn giet imnedija l-ħolqien ta' pjattaforma Ewropea msejha 50plus Entrepreneurship. Il-pjattaforma ta' 50+EPE hija inizjattiva organizzata minn grupp ta' organizzazzjonijiet bl-istess ideat, kumpaniji, NGOs u akkademiċi li ngħaqqdu flimkien biex jiġi żgurat li l-potenzjal tal-intraprendituri 50 + tigi rikonoxxuta b'mod sħiħ u sostnuta mill-policy makers Ewropew.
Marlene Mizzi, li ġiet introdotta għall-udjenza bħala "protagonista ewlenija u kelliema attiva ghal promozzjoni tal-inizjattivi tal-intraprenditorija fil-Parlament Ewropew", tkelmet dwar l-importanza li tingħata opportunita aħjar għall-persuni maturi li jixtiequ jsiru jew li jixtiequ jibqgħu ekonomikament attivi fi stadju aktar tard fil-ħajja tagħhom.
Hija ħeġġet lill-Istati Membri u l-UE biex ma jissottovalutax l-potenzjal tal-persuni 50+, li jippossjedu l-esperjenza, l-għarfien u l-ħiliet, iżda li wkoll qed ibatu minn long term unemployment, nuqqas ta' esperjenza fuq IT u ħiliet oħra relatati ma' mismatch u age-discrimination fi żmien ta' trasformazzjoni kbira tas-suq tax-xogħol u l-istaġnar ekonomiku.
Mizzi stiednet lill-Kummissjoni biex tiżviluppa programmi preċiżi li jappoġġjaw finanzjarjament imprendituri 50+ u programmi li jipprovdu aċċess faċli għal finanzjament, u jkun anke inkluż l-estenżjoni tar-rati ta' interess baxxi attwali u l- programmi ta' mikro-finanzjament li huma attwalment disponibbli għall-imprendituri żgħażagħ. "Ħafna drabi, il-banek huma ħerqana biex jipprovu self u finanzjament lill-persuni maturi speċjalment jekk dawn ma jkollhom l-ebda esperjenza bħala intraprendituri. B'dan il-mod ideat brillanti jintilfu tant qabel ma jkollhom iċ-ċans li jsiru realtà." qalet l-MEP Mizzi
"Hekk kif sal-2020. aktar minn terz tal-popolazzjoni li taħdem se jkollhom aktar minn 50, huwa kruċjalment importanti li naħtfu l-momentum u nutilizzaw il-potenzjal soċjo-ekonomiku ta' dan il-grupp demografiku, li sejjer jipprovdi longstanding benefits għal ekonomija Ewropea u jgħin lill-Istati Membri biex jirrispondu għall-isfidi soċjali li qed naffacjaw quddiemna bħala riżultat ta' sfidi demografiċi u workplace challenges," qalet l-Ewroparlamentari Mizzi.