Kienet biss protesta simbolika iżda nġabru mill-pulizija bie xjiġu interrogati. Tiskanta kif wara xhur sħaħ nisimgħu u naqraw kif dawk li bnew jew se jibnu jew akkwistaw biċċa art fuq ODZ ġew mħollija jgawduha u għax erba żgħażagħ iddeċidew li jipprotestaw fuq roundabout dwar spazji miftuħa ġew miġbura u arrestati mill-pulizija. Dawn kienu qed jipprotestaw dwar dak li qed isir fil-kampanja Maltija u attivisti minnhom ittieħdu l-għassa tal-Ħamrun bie xjiġu nterrogati.
Il-kelliem prinċipali ta' dan il-front Michael Briguglio qal li ma jafx jekk dawk li pprotestaw kellhom permess mill-pulizija biex jagħmlu dimostrazzjoni, "kienet protesta spontanja. Safejn naf jien ir-roundabouts huma propjeta pubblika allura ma kienx hemm għalfejn jitolbu permess."
Attivisiti kellhom slogan li jgħid...MINGĦAJR NATURA ARA FEJN SIBNA RUĦNA..