Għada l-Papa jaħsel saqajn ir-refuġjati

...jmur kontra l-prassi u se jaħsel saqajn nisa u persuni mhux Kattoliċi

Il-papa Franġisku jaħsel saqajn persuni b'diżabilita'
Il-papa Franġisku jaħsel saqajn persuni b'diżabilita'

Għada jibdew il-jumejn li jikkulminaw fil-mumenti li jfakkru l-mewt u passjoni ta' Ġesu Kristu. Kollox jibda għada il-Ħamis b'ċelebrazzjoni madwar id-dinja kollha Kattolika li tfakkar fil-ħasil tas-saqajn ta' Ġesu lit-tnax-il appostlu. Il-Papa Franġisku fil-Vatikan se jkun qed jaħsel saqajn refuġjati f'ġest simboliku qawwi tiegħu, favur il-fqir u l-emarġinat. 

Iktar minn hekk l-istess Papa, li issa sar magħruf għal mod kif qed iressaq il-Knisja Kattolika iktar viċin tan-nies u aktar il-bogħod mill-pompożita' li dejjem professat u pprattikat il-fergħa qawwija konservattiva fil-knisja, se jkun qed jaħsel saqajn nisa u persuni mhux Kattoliċi. Dan imur kuntrarju għall-prassi fejn dawk magħżulin ikunu 12-il raġel u Kattoliku, li jirrapreżentaw l-appostli. 

Monsinjur Fisichella qal li b'dan il-ġest il-Papa Franġisku jixtieq juri illi rridu nkunu attenti għal dawk li huma l-aktar dgħajfin. Jixtieq ukoll isaħħaħ is-sejħa ta' dinjita' lil dawk li ma ngħatatilhomx u li m'għandhomx.

More in Politika