'Hemm 400 membru tal-IS lesti biex jattakkaw l-Ewropa'

Ufiċċjali tas-Sigurta' anonimi jgħidu dan mal-independent tal-Ingilterra....liema storja spiċċat fuq siti oħrajn bħal Euronews. Il-qawwa tal-IS fl-Ewropa tinsab fil-ħafna ċelloli fi bliet u postijiet strateġiċi

Il-grupp ta' terrur tal-Istat Iżlamiku għandhom 400 ġellied li lesti bies jattakkaw l-Ewropa. Dan stqarruh uffiċjali tas-sigurta' lill-independent.co.uk, liema storja spiċċat fuq diversi siti tal-aħbarijiet internazzjonali u ewropej, fosthom euronews. Skont l-istess artiklu jidher illi dawn il-membri tal-IS se jkunu qed jattakkaw billi jintużaw ċelloli ta' terrur bħal dawk li wettqu l-attakki fi Brussell u f'Pariġi. 

L-istess rapport jgħid illi dawn l-attakki ppjanati qed isiru b'mod illi jħallu l-akbar ħsara possibbli f'termini ta' ħajjiet mitlufa. Jgħid ukoll li minkejja li dan il-grupp estremista tilef mis-saħħa li kellu fis-Sirja u fl-Iraq xorta għad għandu ċertu saħħa fl-Ewropa ġermezz ta' dawn l-istess ċelloli. Ir-rapporti jindikaw li t-taħriġ tal-IS jista qed isir fis-Sirja, l-Iraq u anke f'pajjiżi fil-blokk eks-Sovjetiku. 

 

 

More in Politika