PN: 'Il-Ministru Abela għandu jispjega l-isfruttament ta' ħabsin nisa'

...wara storja ta' nisa li ma tħallsux għax-xogħol li jagħmlu fil-Ħabs ppublikata fil-mezzi tax-xandir dalgħodu

Il-Ministru tal-Intern u s-Sigurta' Nazzjonali Carmelo Abela
Il-Ministru tal-Intern u s-Sigurta' Nazzjonali Carmelo Abela

Dwar dak żvelat aktar kmieni illum dwar nisa fil-Ħabs li baqgħu ma tħallsux il-Partit Nazzjonalista qal li ma jista' qatt jaċċetta li x-xogħol isir bi sfruttar." Kull xogħol li jsir għandu jsir b'dinjita' u b'rispett lejn id-drittijiet fundamentali tal-bniedem. Il-Partit Nazzjonalista jikkundanna lil kull min jiprova jdawwar din l-inizjattiva pożittiva fi sfruttament ta' nies li ftit li xejn għandhom leħen."

Il-PN sostna li l-Ministru Carmelo Abela għandu, "b'mod immedjat, jispjega kif żviluppat din is-sitwazzjoni ta' sfruttament tal-ħabsin li jaħdmu siegħat twal, bi ħlas miżeru u li saħansitra għadu ma sarx. Il-Ministru għandu jassigura li dan l-isfruttament jieqaf minnufih u li l-ħabsin li għamlu xogħlhom, jitħallsu kif suppost"

More in Politika