F'diskors b'saħħtu fl-okkażjoni ta' 37 sena minn Jum il-Ħelsien il-Prim Ministru Joseph Muscat widdeb kontra r-razziżmu li qajjem rasu sew fil-pajjiż. "Hawn wisq razziżmu f'pajjiżna, Filwaqt li aħna għandna l-lussu li ninjoraw dan, 10 snin oħra l-preżent jista jbeżżħana kif ġara f'pajjiżi Ewropej. Il-ġenerazzjonijiet tal-futur se jistaqsu għalfejn ma tgħallimnix mill-iżbalji ta' ħaddieħor." Huwa qal li f'Malta persuni suwed huma tollerati biss sa fejn joqgħodu l-marsa, jittalbu għax-xogħol, sakemm xi ħadd itihom impjieg li mhux legali.
Muscat fakkar kif il-Gvern preżenti qiegħed jaħdem biex jiġġieled l-abbuż li għaddej fil-Marsa, xi ħaġa li dwarha l-ILLUM kienet ippublikat artiklu dwar uffiċċju minn fejn immigranti li qed ifittxu x-xogħol jistgħu jsibu impjieg b'mod legali.
"Aħna għandna tort ukoll għax ħloqna sitwazzjoni fejn qed nitfgħu lill-immigranti f'ghettos.