[Aġġornata] 'Illum f'Jum il-Ħelsien...il-Ħelsien huwa mhedded'

Il-Kap tal-PN jgħid li r-risposta tal-Gvern għal kritika tal-Oppożizzjoni hija li jitfa' n-nies l-ħabs ... jgħid li dawn affarijiet li jsiru f'pajjiżi mmexxijin minn dittatur

F'konferenza tal-aħbarijiet dalgħodu Simon Busuttil qal li l-Gvern beħsiebu jressaq lid-Deputat Jason Azzopardi nhar l-Erbgħa illi ġej, 6 ta' April, il-Qorti b'malafama kontra l-eks-Kummissarju tal-Pulizija Peter Paul Zammit "meta f'isem l-Oppożizzjoni Azzopardi azzarda jagħmel konferenza li fiha kkundanna lill-Gvern li żammu f'postu minkejja li nstab ħati li kiser id-data Protection Act, wara li għadda tagħrif dwar persuna fil-korp lill-Maltatoday."

Busuttil spjega kif Azzopardi kien biss qed iwettaq dmiru u jikkundanna l-aġir tal-Gvern. Il-Kap tal-PN qal li r-risposta tal-Gvern għall-kritika hija li  jhedded lbil-ħabs "xi ħaġa normali f'dittatorjat, mhux f'pajjiż normali." Busuttil temm jgħid li llum f'Jum il-Ħelsien il-ħelsien huwa mhedded.

Il-kwerela, ċittadin privat għamilha mhux il-Gvern

Intant il-Partit Laburista fi stqarrija qal li jidher li Simon Busuttil "għandu problema bażika li għamel żball li lanqas student fl-ewwel sena tal-kors tal-liġi m’huwa mistenni li jagħmel. Il-kwerela ta’ malafama kontra Jason Azzopardi saret minn ċittadin privat u mhux mill-Gvern."

Il-PL temm jgħid li "Simon Busuttil jew jaħseb li n-nies se jibilgħu kull ma jħarref jew hu tant huwa inkompetenti li ma jagħrafx prinċipji elementari."

More in Politika