Illum, u għal dawn il-ġranet, Buġibba u l-Qawra huma mimlijin attivita' hekk kif għat-tieni darba reġa qed ikun organizzat il-party 'Lost and Found' li ġab lejn pajjiżn,a u speċifikament lejn Buġibba/Qawra/ San Pawl il-Baħar, xejn inqas minn 8,000 żgħażugħ u żgħażugħa, il-maġġoranza tagħhom mir-Renju Unit. Dawn qed ifissru injezzjoni kbira fl-ekonomija ta' din il-lokalita' turistika matul perjodu normalment magħruf bħala wieħed kwiet. Bil-mod il-mod jidher li dan il-party qed jibda jħabbatha sew mal-Isla of MTV organizzat f'Malta kull sena, hekk kif ma' dawn l-eluf qed jingħaqdu ħafna żgħażagħ maltin u Għawdxin.
L-illum.com.mt tkellmet ma' numru ta' negozji f'din il-lokalita' li lkoll spejgaw kif din l-attivita' bi 8,000 turist ta' eta' żgħażugħa tfisser illi l-lukandi f'Buġibba u San Pawl bħalissa huma kollha fully-booked. Fil-fatt lukandi ta' tliet jew erba' stillel fl-akwati ta' San Pawl il-Baħar bħalissa qed jesperjenzaw negozju qawwi ħafna bil-kmamar kollha mimlijin.
Dan is-sit tkellem mal-eks Sindku tal-lokal Ray Tabone li spejga kif din l-attivita' li qed issir għat-tieni darba tfisser aktar xogħol għan-negozji f'din il-lokalita'. Huwa qal ukoll li wara illi s-sena l-oħra kien hemm numru ta' lmenti, hekk kif din l-attivita' saret nhar il-Ġimgħa l-Kbira, ttieħdet deċiżjoni li din is-sena l-attivta' ssir ġimgħa wara.
"Din l-attivita' li saret bl-inizjattiva ta' Gvern Laburista, għat-tieni darba, qed tfisser aktar flus u negozju għall-ħwienet tax-xorb u anke ħwienet tal-merċa u tat-taxis li bħalissa, normalment, ikunu qed jesperjenzaw perjodu kwiet fin-negozju."