'Iktar inizjattivi fil-futur minn Sai Mizzi'

Il-kariga tagħha mistennija tintemm f'Awwissu meta jispiċċa l-kuntratt

Sai Mizzi se tkun qed tkompli taħdem fuq xi proġetti fiż-żmien futur u dawn se jitħabbru fiż-żmien propizju. Din kienet ir-risposta li ngħata l-ġurnal Times of Malta fi stqarrija minn kelliem għall-Prim Ministru meta mistoqsi dwar il-kisbiet u l-ħidma ta' Mizzi bħala r-rappreżentanta speċjali ta' pajjiżna fiċ-Ċina.

Skont din l-istqarrija, Sai Mizzi se tkun qed taħdem fuq xi inizjattivi oħra fil-futur qarib fil-kariga li hi tokkupa. Liema kariga mistennija tieqaf minnha f'Awwissu li ġej meta jintemm il-kuntratt tal-istess Mizzi, li mhux se jkun imġedded, hekk kif imħabbar ftit wara l-ħatra ta' Konrad Mizzi bħala deputat mexxej tal-Partit Laburista.

Sa issa, fit-tliet snin li ilha fil-kariga Mizzi, riżultat tal-ħidma tagħha kien il-ftuħ ta' uffiċċju rapreżentattiv għall-kumpanija Ċiniża tat-teknoloġija Huawei fi Smart City. Il-gazzetta tirraporta kif dan l-uffiċċju baqa' magħluq għajr għal meta jkun hemm xi rappreżentanti Ċiniżi li jiġu f'Malta.

Il-kelliem tal-Prim ministru żied jgħid li l-ħidma ta' Sai Mizzi, fis-snin tagħha tokkupa dik il-pożizzjoni f'Shangai irnexxielha li f'isem il-Gvern, 'tikkonkludi ftehim ta' qbil maċ-Ċina kemm short medium term." 

More in Politika