Il-Partit Ewropew tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi, li magħhom huwa affiljat il-Partit Laburista ħareġ għonqu biex jiddefendi lill-Partit Laburista wara l-kliem taċ-chairman tal-EPP, Manfred Weber li qal li d-demokrazija f'Malta tinsab taħt theddida.
Il-Partit S&D ikkundanna l-pożizzjoni li ħa l-partit EPP permezz taċ-chairman tagħha Manfred Weber li kkritika bl-aktar mod qawwi li x-shadow minister tal-Ġustizzja Jason Azzopardi se jitressaq il-Qorti fuq il-kummenti li kien għadda fuq l-eks-Kummissarju tal-Pulizija, Peter Paul Zammit.
The Socialists and Democrats have stepped in to defend the Labour Party against a strongly-worded statement issued yesterday evening by the EPP over the criminal defamation complaint a Nationalist MP is facing.
"Il-pożizzjoni li ħadet l-EPP hija inaċċettabli u hija bbażata biss biex tisfrutta każ li ġie miftuħ minn ċittadin privat kontra membru parlamentari Nazzjonalista, b'detriment għal Malta u l-Gvern Malti," qal l-S&D.
Il-Partit kompla jgħid li din hi tattika li qed tipprova timmina l-pajjiż għal gwadann politiku u "l-S&D mhux se jaċċettaw dawn it-tip ta' tattiċi, għaliex huwa ċar li l-intenzjoni tal-PN, li huwa membru tal-EPP, hi li tagħmel sabutaġġ fuq il-pożizzjoni ta' Malta, iktar u iktar issa li qed toqrob il-Presidenza Maltija tal-UE."
Gianni Pittella, chairman tal-S&D qal li Manfred Weber, chairman tal-EPP, m'għandux ikun parti minn dawn "il-logħbiet patiġġjani" li l-Membri Parlamentari Nazzjonalista qed jippruvaw jilagħbu.
Żied jgħid ukoll li l-Gvern Malti għandu valuri demokratiċi li jagħtihom stima għolja.