Bħalissa għaddejja dik li tista tgħid hija l-bidu ta' gwerra online bejn żewġ rivali fix-xena tal-blogs politiċi, lokali. Fuq naħa hemm Daphne Caruana Galizia u fuq in-naħa l-oħra tal-ispettru hemm Glenn Bedingfield.
F'intervista li se tkun ippublikata għada fuq il-gazzetta ILLUM Glenn Bedingfied, ħabib tal-Prim Ministru u Konsulent fl-OPM, jiċħad illi huwa b'xi mod ir-risposta tal-Partit Laburista għal Caruana Galizia, anzi jgħid "nieħu għalija" meta L-ILLUM staqsiet jekk dan huwiex il-każ.
L-ILLUM tistaqsi lil Bedingfield x'valur għandhom ċerti blog posts tiegħu, tistaqsih dwar għalfejn iħoss li kellu jibda blogg u jekk hux se jagħti garanzija li malli tasal l-elezzjoni, mhux se jkun qed jagħmel attakki personali kontra persuni li ma jaqblux mal-Labour. L-ILLUM tistaqsih ukoll dwar kif il-blog tiegħu qed jirrifletti fuq il-Prim Ministru Joseph Muscat.