Il-'leak' minn Mossack Fonseca se jkun żvelat fil-jiem li ġejjin

Konferma tal-istorja ppublikata fuq l-ILLUM dwar kif l-informazzjoni tal-kumpanija ta' Konrad Mizzi waslet Malta permezz ta' leak mill-kumpanija mhux b'serq ta' informazzjoni minn Nexia BT

Id-ditta legali Mossocak Fonseca, li spiċċat fl-aħbarijiet hawn Malta mal-iżvelar tal-kumpanija ta' Konrad Mizzi fl-istess pajjiż, informat lill-klijenti tagħha dwar kif leak b'informazzjoni dwar il-kumpanija se tkun żvelata fil-jiem li ġejjin. 

Dan jikkonerma rapport li deher fuq il-gazzetta l-ILLUM nhar it-13 ta' Marzu 2016 li kienet żvelar kif l-informazzjoni dwar il-kumpanija ta' Konrad Mizzi f'dan il-pajjiż, fil-fatt, ġiet minn barra u mhux ingħatat minn persuna Maltija li kienet inxtrat biex tisraq l-informazzjoni minn Nexia BT. 

Id-ditta legali Missoack Fonseca, magħrufa għall-assistenza li tagħti lis-sinjuruni madwar id-dinja u anke dittaturi, qalet li l-informazzjoni ħarġet minn użu mhux awtorizzat tas-server tagħha. 

Il-kumpanija spiċċat fuq l-aħbarijiet meta Nexia BT, l-aġent Malti tagħha, użat is-servizzi ta' Fonseca biex setgħet tiftaħ il-kumpanija ta' Konrad Mizzi. 


 

More in Politika