55% tal-qarrejja ma jafdawx lil min qed jitkellem dwar partit ġdid

Marlene Farrugia tgħid li l-partit l-ġdid irid ikun wieħed li jiġġieled "l-eċċessi" tal-Gvern ta' Muscat

l-istħarriġ lta' kull ġimgħa li jsir fuq is-sit illum.com.mt 55% tal-qarrejja tagħna qalu li hukma ma jivvotawx lil partit ġdid għax ma jafdawx lil min qed jitkellem dwar il-ħolqien tiegħu. Fil-fatt il-maġġoranza tal-qarrejja jidher li qed jiddubitaw il-kredibilita' ta' dawk li qed jitkellmu dwar ħolqien ta' partit ġdid, l-aktar ta' Marlene Farrugia, eks Kandidata tal-PN u eks Depurara Laburista. Intant 24% ma jħossux li għandu jkun hemm partit ieħor għax it-tlieta li hemm fil-preżent huma biżżejjed. 

Minn naħa l-oħra 14% tal-qarrejja ta' dan is-sit jaqblu mal-ħolqien ta' partit ġdid  għax la jafdaw lill-PN u lanqas lill-PL. Huma biss 2% dawk li ma jridu partit ġdid minħabba li jħossu li l-Alternattiva Demokratika mhix b'saħħitha biżżejjed. 

Intant f'artiklu li deher fil-gazzetta ILLUM ippubilkata illum Marlene Farrugia qalet li l-partit il-ġdid  qisu David quddiem Gulija. Hija qalet illi l-partit il-ġdid se jiġġieled dawk li sejħet "l-eċċessi" tal-Gvern ta' Muscat. 

Intant l-ILLUM żvelat ukoll illi l-Għaqda Patrijotti Maltin mistennija tħabbar illi se tikkontesta l-elezzjoni ġenerali li jmiss. 

More in Politika