Konrad Mizzi jinsisti li hu qal il-verità
Miljuni ta' dokumenti żvelati ta' dokumenti ta' kumpaniji sigrieti fil-Panama
More in Politika
Miljuni ta' dokumenti żvelati ta' dokumenti ta' kumpaniji sigrieti fil-Panama
Ir-rapporti li ħarġu mil-leak imsejjaħ 'Panama Papers' jsemmi lill-Ministru Konrad Mizzi bħala wieħed mill-mexxejja u politikanti li għandhom xi tip ta' fondi jew investimenti fil-Panama. Dan ħareġ minn wieħed mill-akbar leak ta' data finanzjarja mill-kumpanija Mossack Fonseca li kixfet numru kbir ta' persuni li kellhom investimenti fil-Panama bi skopijiet ta' evażjoni tat-taxxa u ħasil ta' flus fost l-oħrajn.
Fi stqarrija, il-Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa Konrad Mizzi, li ismu deher fuq din l-imsemmija lista, saħaq li dawn id-dokumenti żvelatu juru li hu minn dejjem kien qed jgħid il-verità.
Hu qal li id-dokumenti relatati mat-trust imsemmi fil-leak, kienu disponibbli għall-mezzi tax-xandi mill-bidu. Dan waqt li sostna li l-istess struttura ta' investiment kellha l-għan li tkun trust għall-familja.
"Kuntrarju għal mijiet ta' persuni oħra msemmija, dawn il-leaks ma jagħmlu l-ebda referenza għal xi fondi li jiena għandi. Dan jikkonferma l-verżjoni tiegħi li tajt sa mill-bidu; jiġifieri li m'hemm l-ebda fondi jew kontijiet bankarji miżmuma f'tali strutturi."
Rigward rapporti li kien hemm attentati biex jinfetħu kontijiet bankarji f'Dubaj, il-Ministru kompla jsostni li dan kien parti mis-servizz offrut lilu, li iżda, kif kien spjega qabel, irrifjuti dan is-servizz. "Kif ikkonfermaw ir-rapport, jiena ddeċidejt li ma naħmilx din l-għażla u ma ftaħt l-ebda kont f'Dubaj, fil-Panama jew fi kwalunkwe post ieħor."
Mizzi kompla jgħid kif hu spjega kif tiffunzjona l-istruttura fid-dikjarazzjoni Ministerjali tal-Assi li ġiet sottomessa fl-2015.
Il-Ministru fakkar ukoll li fid-dikjrazzjoni tal-assi għall-2015 huwa nnotifika it-twaqqif ta’ din l-istruttura.
Finalment, Konrad Mizzi temm jgħid li irrelevanti minn dan kollu, hu se jkompli bl-awditjar indipendenti u l-investigazzjoni sabiex, "inkompli nsostni dak li ilni ngħid sa mill-bidu, waqt li l-kumpanija se tingħalaq malli l-investigazzjoni tkun konkluża."