Filmati: Raphael Farrugia
F’dawn l-aħħar ġimgħat, il-gazzetti mtlew b’rapporti u stejjer dwar it-tielet partit li mistenni jinħoloq u joħroġ għall-elezzjoni ġenerali li ġejja, b’Marlene Farrugia fit-tmun tiegħu. Dan qajjem diskussjoni sħiħa fil-pajjiż anke dwar il-fatt li spiss issemmiet il-bidla li dan kollu jġib miegħu fis-sistema elettorali li tiffavorixxi sistema ta’ żewġ partiti.
Ħadd m’għandu problema bil-ħolqien ta’ partit ġdid, iżda min għandu problema, il-kwistjoni hi għax tilef il-fiduċja fil-politiċi kollha, jew inkella ma jafdax lil Marlene Farrugia fit-tmun. Din kienet l-idea ġenerali tal-pubbliku li tkellmet magħhom din il-gazzetta meta marret il-Belt Valletta. Hemmhekk, il-mistoqsija kienet jekk in-nies kinux lesti li jivvutaw lil Marlene Farrugia u l-partit il-ġdid tagħha ġaladarba toħroġ għall-elezzjoni ġenerali.
Dan id-dissens li deher fir-risposti mogħtija, jkompli jafferma dak li deher ftit tal-ġimgħat ilu fl-istħarriġ tal-gazzetta MaltaToday fejn 41% tal-iswitchers tilfu l-fiduċja kemm fil-Prim Ministru Joseph Muscat u anke fil-kap tal-Oppożizzjoni, Simon Busuttil