F'rapport li deher fil-gazzetta Maltatoday tal-lum kien żvelat kif apparti Evarist Bartolo, Louis Grech u Leo Brincat l-aktar Ministru voċiferu li argumenta favur ir-riżenja ta' Konrad Mizzi kien dak tal-Affarijiet Barranin Geroge Vella. Vella nnifsu kien jokkupa l-kariga li għandu Konrad Mizzi illum meta taħt l-eks mexxej Laburista Alfred Sant. mal-membri tal-Kabinett Vella tkellem dwar id-dannu li l-każ tal-Panama qed ħalli fuq il-Partit Laburista u l-Gvern.
Jidher illi l-qbil finali li Mizzi ma jkunx mġiegħel jirreżenja, qal l-istess rapport, kien biex ma jkunx rijoinvigorat Simon Busuttil u l-PN li bħalissa għaddej b'kampanja qawwija biex Konrad Mizzi jirreżenja.