Iktar tard illum, id-Deputat mexxej tal-Partit Laburista u Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa, Konrad Mizzi, li jinsab f'kontroversja bil-PN isejjaħ għar-riżenja tiegħu, mistenni jagħmel diskors lid-delegati tal-Partit.
L-orizzont tirraporta kif mistenni jkun hemm appoġġ qawwi fost id-delegati li se jkunu qed jisimgħu d-diskors ta' Mizzi waqt il-konferenza ġenerali annwali tal-Partit Laburista.
Din il-konferenza mistennija tintemm il-Ħadd li ġej bid-diskors tal-Prim Ministru.
Dan jikkuntrastja mal-appoġġ li jgawdi l-Ministru Mizzi fil-kabinett, hekk kif ilbieraħ ġie żvelat mill-gazzetta MaltaToday li diversi ministri tal-Gvern jaħsbu li Mizzi għandu jirreżenja, bl-aktar voċiferu jkun il-Ministru għall-Affarijiet Barranin, George Vella.