X'għandu jagħmel Konrad Mizzi?...semma leħnek

Jirreżenja? Jibqa? jew jistenna lill-Prim Ministru jkeċċih? Għandu raġun jew m'għandux? 

Konrad Mizzi jkellem lill-ġurnalisti wara li kien elett Deputat Mexxej tal-PL (ritratt: Ray Attard)
Konrad Mizzi jkellem lill-ġurnalisti wara li kien elett Deputat Mexxej tal-PL (ritratt: Ray Attard)

Fl-ewwel siegħat kemm ilu li nbidel l-istħarriġ diġa pparteċipaw mijiet ta' nies li qed issemmgħu leħinnhom dwar x'iħossu li għandu jagħmel il-Ministru Konrad Mizzi fid-dawl tal-aħħar żviluppi fil-każ Panama. 

Dan is-sit qed jistaqsi lill-eluf ta' qarrejja tiegħu biex jsemmgħu leħinhom fl-istħarriġ li qed jagħti ħames għażliet. L-ewwel, li Konrad Mizzi jibqa' jżomm il-kariga tiegħu "għax m'għamel xejn ħażin", it-tieni li jirreżenja minn jeddu minn Minstru u Deputat Mexxej tal-Partit Laburista u t-tielet li jistenna lill-Prim Ministru ikeċċih hu. Iż-żewġ għażliet l-oħrajn huma li jirreżenja minn Ministru imma jibqa' Deputat Mexxej tal-PL jew inkella li jżomm postu u jistenna li joħorġu aktar fatti "li jistgħu jtuh raġun."

Biex tipparteċipaw f'dan l-istħarriġ, idħlu hawn, ivvutaw u ħallu kumment

More in Politika