Għal ċapċip mid-delegati Laburisti Konrad Mizzi, il-Ministru li bħalissa jinsab f'nofs tempesta politika li poġġiet lill-Gvern u lill-Partit Laburista f'diffikultajiet kbar, qal li filwaqt li jemmen li hu m'għamel xejn ħażin issa se jkun il-PM Muscat li jagħżel. Mizzi qal li hu jaċċetta d-deċiżjoni ta' Muscat.
"Parti minni tgħid li mgħamilt xejn ħażin, kont qiegħed nipproteġi l-interessi tal-familja, b'mod legali u dikjarat. Imma hemm barra hemm rabja, rabja li ma nistgħux ninjorawha u li rridu nindirizzawha."
Mizzi qal li qatt ma kellu motivazzjonijiet ulterjuri u li kien wera' lill-Prim Ministru l-kopja (draft) tad-dikjarazzjoni.