'In-negozjati huma iktar diffiċli milli ħsibna'

Id-diskussjonijiet mas-sieħeb strateġiku tal-Air Malta għadhom mhux finalizzati

Id-diskussjonijiet bejn l-Air Malta u s-sieħeb strateġiku l-ġdid għadhom mhux finalizzati u waqggħu lura. Il-gazzetta Times of Malta rrappurtat kif il-Ministru tat-Turiżmu Edward Zammit Lewis qal li dawn id-diskussjonijiet ma mxewx bil-pass li l-Gvern kien qed jistenna. "Bħal kull negozjati oħra, dawn mhumiex faċli u l-momentum mhuwiex dak li konna qed nittamaw," qal il-Ministru Zammit Lewis.

Il-gazzetta ILLUM, f'intervista mal-Ministru kienet żvelat li n-negozjati kellhom jiġu konklużi f'Ġunju ta' din is-sena. Kien hemm bosta spekulazzjonijiet dwar min de jkun dan is-sieħeb strateġiku l-ġdid fosthom it-Turkish Airlines u l-Etihad, iżda l-Gvern, li qed imexxi dawn in-negozjati, ma żvela xejn dwar dan is-sieħeb. 

Il-Ministru kompla jgħid li l-Gvern xorta waħda kellu jżomm il-maġġoranza tal-ishma fil-kumpanija. Kompla jsostni wkoll kif l-Air Malta mhix sempliċiment kumpanija oħra tat-trasport, imma hija wieħed mill-assi strateġiċi li jiggarantixxu n-netowrk turistiku ta' Malta.

More in Politika