F'dak li jista jkun ikkunsidrat bħala botta għall-editorjal u l-istqarrijiet tal-Union Ħaddiema Magħqudin (UĦM) Kevin Bonello mill-Forum Unjins Maltin (For.U.M) qal illi huma mhux se jkunu qed jattendu l-protesta tal-PN. Huma qalu li fil-fatt huma qatt m'attendew protesti jew attivitajiet organizzati minn partit politiku u fakkru kif il-politika partiġġjana u t-trejdjunoniżmu m'għandhomx jitħalltu.
Bonello fakkar kif il-Forum dejjem stqarret l-opinjoni tagħha fuq il-bżonn li naħdmu lejn ambjent aktar matur politikament, li jiffoka fuq il-bżonnijiet tal-ħaddiema u l-familji tagħhom kif ukoll jipparteċipaw b'mod attiv f'dibattiti nazzjonali bil-għan li jtejbu il-kwalita' tal-ħajja tal-membri kollha tagħha.