'Cameron għandu jirriżenja wara li ammetta li kellu shares fil-Panama'

Il-membru Parlamentari John Mann qed jitlob ir-riżenja tal-Prim Ministru Ingliż wara li ma ddikkjarax x-shares li kellu fil-Parlament. Għada se ssir protesta kontra l-Prim Ministru Ingliż quddiem 10 Downing Street.

'David Cameron m'għandux għażla iżda li jirriżenja wara r-rivelazzjonijiet li hu kellu fondi li jagħmlu profitt f'isem missieru fil-Panama". Dan qalu John Mann il-membru Parlamentari Laburista li qed jitlob ir-riżenja tal-Prim Ministru Ingliż wara li ma kienx onest mal-votanti f'diversi okkażżjonijiet. Man hu membru parlamentari li jiġġieled bis-sħiħ kontra l-evażjoni tat-taxxa fejn qal lil Sky News, "Kellhom isiru sitt attentati mill-;urnalisti biex cameron ħareġ dak li ħareġ minn fommu. Il-mistoqsija hi dwar l-onesta hawn u Cameron ħeba l-fatti. Falla li jgħid lil parlament u falla li jiddikjara dawn il-fondi u falla li jgħid lil poplu Ingliż meta ikkontesta biex isir Prim Ministru."

Missier Cameron ħareġ fost l-ismijiet tal-Panama Papers u Cameron kien sfurzat li joħroġ numru ta' stqarrijiet dwar benefiċċji hu u l-familja gawdew mill-fondi offshore fejn fil-bidu kien stqarr li din kienet affari privata.Wara kien stqarr li hu ma kellu l-ebda shares, l-ebda trusts u l-ebda fondi u mhux se jkollu lanqas fil-futur. Iżda wara Cameron qal mal-ITV News li hu kellu shares fil-fondi ta' missieru li hu biegħhom għas-somma ta' £31,500 qabel sar prim ministru. Il-kumpanija ta' missieru Blairmore Holdings, ma ħallsitx taxxa għa; 30 sena sħaħ.

L-istess prim ministru ammetta li ma jafx jekk it- £300,000 li wiret mingħand missieru fl-2010 ibbenefikawx minn status li ma tħallasux taxxa fuqhom.

'Irid jirriżenja u m'għandux għażla' qal Mann, "ċara daqs il-kristall." Edward Snowden qal li fl-24 siegħa li ġejjin jistgħu jibdlu l-Gran Brittanja u implika li l-poplu għandu jipprotesta biex isisr xi ħaġa u mhux jistenna li ssir xi ħaġa. Skont grupp fuq facebook nhar is-Sibt se ssir protesta quddiem 10 Downing Street.

 

 

More in Politika