In-Nazzjonalisti jridu jtajru lil Muscat bis-saħħa...jibdew petizzjoni online

Il-PN jgħid li Joseph Muscat għandu jitlaq biex "jagħti lill-pajjiż ċans ieħor"

In-Nazzjonalisti jriduh jitlaq
In-Nazzjonalisti jriduh jitlaq

Il-Partit Nazzjonalista kompla jżid id-doża tal-kampanja tiegħu li issa daret kollha bil-kanuni lejn il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Joseph Muscat. Wara li kien Simon Busuttil illi sejjaħ għar-riżenja ta' Muscat illum kien imiss lill-PN jorganizza petizzjoni biex in-nies jivvutaw ħalli Muscat jittajjar minn Prim Ministru. 

Fil-petizzjoni l-PN jgħid illi huwa kkonċernat b'dak li qed jiġri fil-pajjiż u li l-Maltin iridu jgħixu f'pajjiż "iggwidat mid-demokrazija". Fil-petizzjoni online il-PN staqsa lill-Prim Ministru Muscat biex jirreżenja u  jagħti ċans ieħor lill-pajjiż.   

 

 

 

 

More in Politika