L-Isqfijiet jitolbu għall-għaqda fil-pajjiż

Jgħidu li l-poplu għandu jiżen sew kliem il-President Coleiro Preca u jsegwi l-messaġġ ta' għaqda li wasslet 

l-Arċisqof Charles J Scicluna
l-Arċisqof Charles J Scicluna

F'messaġġ lill-poplu Malti u Għawdxi, l-Arċisqof ta' Malta Charles J Scicluna u l-Isqof t' Għawdex Mario Grech talbu biex fil-pajjiż isaltnu dejjem l-għaqda, l-għożża, l-liberta', l-verita' u l-ġustizzja. Fi stqarrija iż-żewġ Isqfijiet esprimew qbil mal-messaġġ tal-President tar-Repubblika Marie Louise Coleiro Preca, li esprimiet tħassib dwar is-sitwazzjoni politika bħalissa fil-pajjiż. "Għaldaqstant nagħtu l-appoġġ tagħna għall-messaġġ tagħha u ningħaqdu magħha fl-appell biex dawk kollha ta' rieda tajba jiżnu l-kliem tagħha."

L-isqfijiet talbu lill-poplu Malti biex jiżnu l-kliem tal-President Coleiro Preca u stiednu lill-Insara biex jitolbu "Lil Alla jieqaf magħna fiċ-ċikostanzi attwali."

More in Politika