F'artiku li deher fil-gazzetta ILLUM Carmen Sammut, Kap tad-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Internazzjonali u l-Fakulta' tal-Arti fl-Universita ta' Malta, qalet illi m'hemm xejn pożittiv fil-battibekki partiġġjani li għaddejjin fil-pajjiż bħalissa. "Waqt li mogħmija nħammġu lil xulxin, tinkwetani wkoll il-ħsara li qegħdin nagħmlu lil pajjiżna u lilna nfusna."
Sammut tkompli billi tistaqsi: "X'se nieħdu billi niżvogaw nitgħajjru u fl-istess waqt nehdew nikkonvinċu lid-dinja li aħna repubblika tal-Banana? Ma nidħaqx b'dan l-umoriżmu frustranti meta naf li bħala ċittadini ta' pajjiż żgħir irridu naqdfu tant biex leħinna jinstema fil-fora Ewropej."
Carmen Sammut appellat biex il-mexxejja ta' pajjiżna jużaw l-enerġija li qed jużaw f'dawn il-battibekki biex jagħtu tindifa lill-pajjiż "bi prinċipju u mhux għall-poter jew konvenjenza."
(L-artiklu sħiħ ta' Carmen Sammut ppublikat fil-gazzetta ILLUM se jkun qed jittella fuq dan is-sit għada)