'Konrad, irriżenja!' jgħid Alfred Sant lill-Ministru Mizzi

Ifaħħar lil Joseph Muscat u jgħid li mhux sew li deċiżjoni inevitabbli tpoġġiet fuq il-PM

Alfred Sant
Alfred Sant

Alfred Sant eks Mexxej tal-Partit Laburista u llum Membri Parlamentari  Ewropew f'post fuq facebook illum għamilha ċara illi Konrad Mizzi m'għandux għażla oħra ħlief li jitlaq. Filwaqt li faħħar lil Joseph Muscat talli  "wera prudenza u sens ta' “fair play” ammirevoli." u qal ukoll li l-Prim Minstru għandu jingħata appoġġ, Sant qal ukoll li "mhix ħaġa sew madankollu li deċiżjoni li messha hi ċara u inevitabbli titpoġġa fuq il-Prim Ministru."

Sant kompla jgħid hekk: "Fl-interess tiegħu, personali u politiku, fl-interess ta' familtu, tal-Partit Laburista u tal-gvern, kif ukoll fl-interess nazzjonali, id-deċiżjoni onorabbli malajr kemm jista’ jkun hi tal-Ministru Konrad Mizzi: li jirriżenja. B’hekk ukoll ikun jista’ jħares u jiddefendi aħjar ismu u unuru."

More in Politika