Illum bdew l-ewwel xogħolijiet fit-tieni proġett infrastutturali maġġuri f'dawn it-tliet snin, jiġifieri dak fil-Kappara. Il-proġett, li mat-tmiem tiegħu mistenni jara t-taffija tat-traffiku li jinħoloq f'din it-triq, mistenni jiswa €22.5 miljun. L-ewwel xogħoljiet mhux se jkunu qed jaffetwaw it-traffiku hekk kif dawn se jinvolvu l-qlugħ tas-siġar tal-palm minn fuq ir-roundabout. Dawn mistennijin jitpoġġew fil-barracks tas-suldati.
Il-proġett mistenni jnaqqas it-traffiku fiż-żona b'50%. Il-bypass tal-Kappara jgħaddu minnha mad-90,000 vettura kulujum.