Il-Ministru tal-Edukazzjoni u Impjiegi Evarist Bartolo fil-Parlament ilejla qal illi għandu jsir illegali li persuna Maltija tiftaħ kont f'pajjiżi li jżommu segretezza dwar il-kontijiet miftuħin jew investimenti li jsiru fihom. Bartolo qal dan fid-dawl tal-kwistjoni li għaddejja bħalissa dwar kontijiet u kumpaniji fil-Panama, li huma proprjeta' tal-Ministru Konrad Mizzi u ċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri.
Evarist Bartolo iżda, li f'dawn il-jiem huwa mifhum li għamel pressjoni biex Konrad Mizzi jirreżenja, fetaħ baraxx fuq l-iskema ta' self tal-PN ukoll. Huwa qal li din l-iskema ta' self hija karus moħbi daqs kemm hu karus moħbi kont fil-Panama. Huwa kien qed jirreferi għall-iskema Cedoli li permezz tagħha l-PN qed jitlob għotjiet ta' €10,000 li min jagħtihom jista jibqa' sigriet.