Marlene tesprimi riżervi dwar il-vot sfiduċja fil-Gvern

Tgħid illi missha saret mozzjoni kontra Konrad Mizzi biss u ssostni li m'għandha ebda interess illi tingħaqad mal-PN

Farrugia tindirizza l-folla li nġabret fl-aħħar protesta tal-PN
Farrugia tindirizza l-folla li nġabret fl-aħħar protesta tal-PN

F'kummenti mal-gazzetta Maltatoday id-Deputata indipendenti Marlene Farrugia esprimiet id-dubji tagħha dwar il-mozzjoni ta' sfiduċja li ressqet l-Oppożizzjoni Nazzjonalista fil-Gvern u li se tkun diskussa nhar it-Tnejn li ġej . Farrugia qalet illi hija kienet tippreferi kieku il-vot ta' sfiduċja sar fil-Ministru Konrad Mizzi, iktar milli fil-Gvern kollu kemm hu. 

F'kummenti mal-istess gazzetta Farrugia tgħid illi minkejja li pparteċipat fl-aħħar protesta organizzata mill-PN hija xorta qed tmexxi fuq il-pjani tagħha biex jinħoloq partit ġdid u sostniet illi l-preżenza tagħha kienet biss waħda li taċċerta illi l-protesta ma tkunx falliment. "Dan huwa Gvern li jirreaġixxi għan-numri u s-sondaġġi u wieħed jeħtieġ jieħu dan kollu f'kunsiderazzjoni." Mistoqsija għalfejn aċċettat li tindirizza lill-folla preżenti Marlene Farrugia qalet illi għamlet dan għax tħoss li s-sitwazzjoni issa hija agħar milli kienet qabel. 

Id-Deputata Indipendenti sostniet illi minkejja l-preżenza tagħha fl-attivitajiet tal-PN hi m'għandha ebda interess li tingħaqad mal-istess partit u fil-fatt diġa m'aċċettatx talba minn Simon Busuttil biex tingħaqad mal-PN

More in Politika