'L-attakk orkestrat fuq individwi li marru l-protesta tal-PN huwa skandaluż'
More in Politika
Il-Membru Parlamentari Ewropew David Casa, waqt sessjoni plenarja illi fiha kien mistoqsi dwar il-każ Panama Papers u dak li qed jiġri f'Malta, qal illi bħalissa qed isir attakk orkestrat fuq dawk li attendew il-protesta tal-PN nhar il-Ħadd li għadda. Probabilment Casa kien qiegħed jirreferi għal blog posts fuq is-sit ta' Glenn Bedingfield illi f'dawn l-aħħar siegħat tella ritratti ta' diversi nies li attendew il-protesta kontra l-korruzzjoni u kkritika l-fatt li kienu preżenti minkejja l-pożizzjoni jew impjieg li għandhom. Fost dawn Bedingfield tella ritratti ta' Giovanni Bonello u tal-Kanċillier tat-Tribunal tal-Knisja.
David Casa qal illi dan l-attakk orkestrat huwa skandaluż, minnu nnifsu u sostna illi huwa skandaluż ukoll kif il-Gvern qed iħalli l-attakki għaddejjin. David Casa tkellem ukoll dwar il-protesta u l-mozzjoni ta' sfiduċja fil-Gvern li se tkun diskussa nhar it-Tnejn li ġej.