Persuna tista' tħaddem immigrant b'mod legali sa 600 siegħa f'sena

...waħda mill-proposti tal-Gvern biex jinqata' l-abbuż fil-Marsa ta' immigranti li jitħaddmu bla permess 

immigranti jistennew li jitħaddmu illegalment fil-Marsa
immigranti jistennew li jitħaddmu illegalment fil-Marsa

Kif kienet żvelat il-gazzetta l-ILLUM iktar kmieni dan ix-xahar, il-Gvern għadu kif nieda proċess ta' konsultazzjoni li se jwitti t-triq biex jinqata' l-abbuż fuq immigranti li jkunu qed jistennew biex jingħataw xogħol fil-Marsa. Kif kienet żvelat il-gazzetta, il-Gvern qed jipproponi t-twaqqif ta' uffiċċju li minnu persuna tkun tista' timpjega immigrant, minn ftit siegħat sa massimu ta' 600 siegħa kull sena, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-liġi. 

Dan l-uffiċċju se jkun qed iħaddem immigranti li huma benefiċċjarji ta' protezzjoni umana, persuni li qed ifittxu ażil u dawk li kellhom l-aplikazzjoni tal-ażil tagħhom miċħuda. L-għan ta' dan l-uffiċċju se jkun li jinqata' l-abbuż ta' persuni li qed jiġbru immigranti mill-Marsa u jħaddmuhom b'mod illegali. L-ILLUM kienet żvelat kif il-ħlas lil dawn l-immigranti ivarja bejn €3 u €5 fis-siegħa u l-immigranti jinġabru skont id-dehra fiżika tagħhom. 

 

 

 

 

 

The Human Rights and Integration Directorate was consulted during the drafting of the consultation document and will continue to work and discuss with the relevant stakeholders on facilitating existing channels and maximising the potential of these offices in light of the principle of fair and equal treatment. 

More in Politika